Is-servizz ta’ Finanzi u baġit jipprovdi appoġġ għall-persunal ta’ Cedefop fit-tbassir, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-approprjazzjonijiet tal-baġit. Dan jiżgura rappurtar intern u estern fuq kwistjonijiet ta’ finanzi u kwistjonijiet marbuta mal-baġit. Jiżgura aktar verifika finanzjarja ċentralizzata għat-tranżazzjonijiet kollha implimentati fuq baġit annwali ta’ madwar EUR 18 miljun fi snin riċenti, kważi esklussivament iffinanzjat minn fondi tal-Unjoni Ewropea.