You are here

 
Please consent to cookies in order to use the reading list

Netwerk tal-Aġenziji tal-UE

In-Netwerk tal-Aġenziji tal-UE ġie stabbilit mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (UE) u mill-Istituzzjonijiet tal-UE biex iwettaq kompiti legali, tekniċi jew xjentifiċi speċifiċi. Abbażi ta’ pariri bbażati fuq l-evidenza, l-Aġenziji jgħinu jsawru politiki u liġijiet fil-livell tal-UE u f'dak nazzjonali.

L-44 Aġenzija deċentralizzata tal-UE, bil-kwartieri ġenerali tagħhom madwar l-Istati Membri tal-UE, iħallu impatt kuljum fuq il-ħajjiet ta’ 500 miljun ċittadin tal-UE permezz ta’ xogħolhom.

L-Aġenziji jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-politiki tal-UE f’varjetà wiesgħa ta’ oqsma, inklużi l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, is-saħħa u s-sigurtà, il-libertà u l-ġustizzja, l-innovazzjoni, ir-riċerka u n-negozju, u s-sistemi ta’ trasport u ta’ satelliti.

Fuljett dwar l-Aġenziji tal-UE (EN)

See also: