About VET għaż-żgħażagħ u għall-għalliema u l-ħarrieġa

Il-VET inizjali (IVET) jippermetti l-impjegabbiltà u l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fit-tagħlim tul il-ħajja. Aħna niġbru u nanalizzaw il-politiki u l-prattiki tajbin tal-VET, niżviluppaw għodod għal dawk li jfasslu l-politika u għall-prattikanti u nwettqu riċerka li tappoġġa l-inklużjoni soċjali u l-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol ta’ studenti f’riskju ta’ tluq bikri mill-iskola, persuni li jitilqu kmieni mill-edukazzjoni u t-taħriġ u taż-żgħażagħ li huma barra mill-impjieg, edukazzjoni jew taħriġ (NEETs).

L-għalliema u l-ħarrieġa huma l-ixprun essenzjali għal edukazzjoni u taħriġ ta’ kwalità għolja u inklużivi. Aħna nipprovdu evidenza ġdida dwar l-iżvilupp professjonali tal-għalliema u tal-ħarrieġa tal-VET, u noħolqu għodod biex nappoġġawhom.

Mill-2020 sal-2022, is-Cedefop wettaq studju ta’ fattibbiltà għall-istħarriġ tal-prinċipali, tal-għalliema, tal-istudenti u tal-ħarrieġa fil-kumpaniji f’ambjenti ta’ edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali inizjali (IVET). L-istudju kellu l-għan li jivvaluta l-possibbiltà li jitnieda stħarriġ Ewropew sabiex jiġu indirizzati lakuni importanti fl-għarfien u fir-riċerka u biex titwitta t-triq għall-bini ta’ evidenza soda fil-futur dwar il-professjonijiet edukattivi u ta’ taħriġ. 

Żomm ruħek aġġornat….#VETTeachersTrainers #VETtoolkit #EarlyLeaving