Cedefop huwa waħda mill-aġenziji deċentralizzati tal-UE. Imwaqqaf fl-1975 u bbażat fil-Greċja mill-1995, is-Cedefop jappoġġa l-promozzjoni, l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (VET) kif ukoll il-politiki dwar il-ħiliet u l-kwalifiki billi jaħdem flimkien mal-Kummissjoni, l-Istati Membri u s-sħab soċjali. Għal dan il-għan, itejjeb u jxerred l-għarfien, jipprovdi evidenza u servizzi għat-tfassil tal-politika, inklużi konklużjonijiet ibbażati fuq ir-riċerka, u jiffaċilita l-kondiviżjoni tal-għarfien fost u bejn l-atturi tal-UE u dawk nazzjonali.