Dritt tal-awtur

© Cedefop

Ir-riproduzzjoni hija awtorizzata, dment li s-sors ikun rikonoxxut, ħlief fejn iddikjarat mod ieħor. Meta jrid jinkiseb permess minn qabel għar-riproduzzjoni jew l-użu ta’ informazzjoni testwali jew multimedjali (ħsejjes, immaġnijiet, softwer, eċċ.), tali permess għandu jikkanċella l-permess ġenerali msemmi hawn fuq u jindika b’ mod ċar ir-restrizzjonijiet dwar l-użu.

Dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà

Cedefop iżomm din il-websajt biex itejjeb l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni dwar l-attivitajiet tiegħu. L-għan tagħna huwa li nżommu din l-informazzjoni f’waqtha u preċiża. Jekk insiru nafu b’xi żbalji, aħna ser nippruvaw nikkoreġuhom. Madankollu, Cedefop ma jaċċetta ebda responsabbiltà jew obbligu fir-rigward tal-informazzjoni fuq dan is-sit.

Din l-informazzjoni:

  • hija ta’ natura ġenerali biss u mhijiex intiża biex tindirizza ċ-ċirkostanzi speċifiċi ta’ kwalunkwe individwu jew entità partikolari;
  • mhijiex neċessarjament komprensiva, kompleta, preċiża jew aġġornata;
  • xi kultant hija relatata ma’ websajts esterni li Cedefop ma għandu ebda kontroll fuqhom u li Cedefop mhuwiex responsabbli għalihom;
  • mhijiex parir professjonali jew legali.

Jekk jogħġbok osserva li ma jistax jiġi ggarantit li dokument disponibbli onlajn jirriproduċi bl-eżatt, test adottat uffiċjalment.

Huwa l-għan tagħna li nnaqqsu t-tfixkil ikkawżat minn żbalji tekniċi. Madankollu, xi data jew informazzjoni fuq is-sit tagħna setgħet inħolqot jew ġiet strutturata f’fajls jew formati li mhumiex ħielsa mill-iżbalji u aħna ma nistgħux niggarantixxu li s-servizz tagħna mhuwiex ser jiġi interrott jew inkella affettwat mod ieħor minn problemi bħal dawn. Cedefop ma jaċċetta ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ tali problemi li jirriżultaw mill-użu ta’ dan is-sit jew kwalunkwe sit estern relatat.

Din iċ-ċaħda ta’ responsabbiltà mhijiex maħsuba biex tillimita r-responsabbiltà ta’ Cedefop bi ksur ta’ kwalunkwe rekwiżit stabbilit fil-liġi nazzjonali applikabbli u lanqas biex teskludi r-responsabbiltà tagħha fi kwistjonijiet li ma jistgħux jiġu esklużi taħt dik il-liġi.

Jekk jogħġbok aqra wkoll il-Politika ta’ protezzjoni tad-data personali tagħna