Il-firxa rapida tat-teknoloġiji diġitali qed tirristruttura s-swieq tax-xogħol tal-UE, toħloq impjiegi ġodda, u tawtomatizza oħrajn filwaqt li tbiddel id-domanda lejn impjiegi aktar diġitalment intensivi.
Il-ħidma tagħna tiffoka fuq l-analiżi tal-impatt tad-diġitalizzazzjoni u l-awtomatizzazzjoni fuq il-ħtiġijiet tal-impjiegi u tal-ħiliet tal-UE. Aħna nużaw data mill-istħarriġ Ewropew tas-Cedefop dwar il-ħiliet u l-impjiegi, mill-analiżi tal-postijiet tax-xogħol online u mit-tbassir tal-ħiliet tas-Cedefop.