Biex dan is-sit jaħdem kif suppost, aħna kultant inpoġġu fajls żgħar ta’ data msejħin cookies fuq l-apparat tiegħek.

X’inhuma cookies?

Cookie hu fajl żgħir ta’ test li sit web jissejvja fuq il-kompjuter tiegħek jew fuq it-tagħmir tal-mowbajl meta int iżżur is-sit. Dan jippermetti li s-sit web jiftakar l-azzjonijiet kif ukoll il-preferenzi tiegħek (bħal-login, il-lingwa, id-daqs tat-tipa u preferenzi oħrajn tad-displej) fuq perjodu ta’ żmien, biex int ma jkollokx għalfejn toqgħod iddaħħalhom mill-ġdid kull darba li terġa’ tidħol fis-sit jew tibbrawżja minn paġna għal oħra.

Aħna kif nużaw il-cookies?

Cedefop juża cookies tal-ewwel parti u ta’ partijiet terzi fuq is-sit web tiegħu (ara t-tabella dwar id-dettalji tal-cookies).

Is-sit web jeħtieġ jaħżen l-informazzjoni bażika dwar l-udjenzi fil-mira tiegħu u l-cookies tal-ewwel parti huma meħtieġa sabiex jintgħaraf l-utent u tiġi permessa kontinwazzjoni tal-kompiti tal-utent fuq is-sit web eż. utenti rreġistrati li jkunu abbonaw għal notifiki ta’ twissijiet. F’dan il-każ, il-cookies jgħinuna niftakru l-isem tal-utent (username) u l-preferenzi tiegħek u jippermettulna nirrakkomandaw il-kontenut li nemmnu jkun l-aktar relevanti għalik.

Barra minn hekk, għadd ta’ paġni tagħna jużaw il-cookies biex jiftakru:

  • il-preferenzi tad-displej tiegħek,
  • jekk tkun diġà weġibt il-pop-up ta’ stħarriġ li jsaqsik jekk il-kontenut kienx ta’ għajnuna jew le (biex b’hekk ma tintalabx twieġeb mill-ġdid)
  • jekk qbiltx (jew le) mal-użu tagħna tal-cookies fuq is-sit

Cookies ta’ partijiet terzi jintużaw għal skopijiet ta’ analitika biex tinġabar informazzjoni dwar l-imġiba tal-utenti. Informazzjoni dwar l-analitika tal-web tgħinna ntejbu l-prestazzjoni tas-sit web tagħna u ttejjeb l-esperjenza tal-utent li aħna nipprovdulek.

Bħas-siti web kollha, aħna nużaw servizzi tal-analitika tal-web biex jgħinuna nimmonitorjaw it-traffiku fuq is-sit web tagħna. Nistgħu nużaw ukoll cookies ta’ partijiet terzi biex jgħinuna bir-riċerka tas-suq, u b’hekk intejbu l-funzjonalità tas-sit, il-personalizzazzjoni u l-monitoraġġ tal-konformità mat-termini u l-kundizzjonijiet tagħna u mal-politika dwar id-drittijiet tal-awtur. L-għodda tal-analitika tal-web li nużaw fuq din is-sit web huma Google Analytics u Piwik.

Barra minn hekk, Cedefop juża Youtube biex jaħżen il-filmati korporattivi tiegħu. Meta jikklikkjaw biex jaraw wieħed minn dawn il-filmati, l-utenti jiġu diretti mill-ġdid lejn il-pjattaforma tal-Youtube u għaldaqstant ikunu soġġetti għall-politika dwar il-cookies ta’ Youtube.

Tabella dwar id-dettalji tal-cookies

Kif tikkontrolla l-cookies?

L-ewwel darba li żżur is-sit web tagħna, se tara tipografija fil-qiegħ tal-paġna li tagħtik l-għażla li tagħti l-kunsens għall-cookies billi tikklikkja fuq il-buttuna “Nagħti l-kunsens”.

Jekk ma tikklikkjax fuq “Nagħti l-kunsens” il-cookies ma jinħażnux fl-apparat tiegħek.
Għalkemm mhuwiex possibbli li twaqqaf lill-cookies milli jiġu “emessi” mis-server, il-cookies se jitħassru mill-apparat tiegħek hekk kif jaslu. Dan jikseb l-għan finali li l-cookies ma jinħażnux fuq l-apparat tiegħek.

Tista’ tirrifjuta l-użu tal-cookies billi tikklikkja fuq il-buttuna “Nirrifjuta”. F’dak il-każ, se tinħażen cookie waħda li se tirreġistra d-deċiżjoni tiegħek. Dan huwa meħtieġ sabiex it-tipografija ma terġax tidher id-darba li jmiss meta terġa’ żżur is-sit web.

Tista’ wkoll tiddiżattiva/tneħħi l-cookies billi timmodifika s-settings fl-opzjonijiet tal-brawżer tal-internet tiegħek. Irreferi għall-istruzzjonijiet ta’ għajnuna tal-brawżer tal-internet tiegħek għall-istruzzjonijiet preċiżi. Jekk jogħġbok ftakar li jekk tagħżel li tirrifjuta jew tiddiżattiva l-cookies, taf issib li ċerti taqsimiet tas-sit web tagħna, u s-siti web l-oħra kollha, ma jaħdmux sew.

Għandek il-possibbiltà li tirrevedi d-deċiżjoni tiegħek fi kwalunkwe ħin. Jekk aktar qabel irrifjutajt u issa trid tagħti l-kunsens, huwa possibbli li tagħmel dan fi kwalunkwe ħin billi tikklikkja hawnhekk.

L-aħħar aġġornament: Lulju 2018