You are here

Dwar xiex jittratta dan is-sett ta’ għodod?

4m

Dan is-sett ta’ għodod dwar l-informazzjoni dwar is-suq tax-xogħol huwa maħsub għall-professjonisti kollha tal-karriera attivi jew interessati fl-iggwidar tul il-ħajja u l-iżvilupp tal-karriera. Il-kunċett tal-iggwidar tul il-ħajja huwa mifhum f’sens wiesa’, kif iddefinit mill-Unjoni Ewropea. L-għan tal-iggwidar tul il-ħajja huwa li jtejjeb il-kompetenzi tal-iżvilupp tal-karriera u li jiffaċilita l-għażla tal-istudju u tax-xogħol. 

 
ID-DEFINIZZJONI TAL-IGGWIDAR TUL IL-ĦAJJA

L-iggwidar tul il-ħajja huwa proċess kontinwu li jippermetti liċ-ċittadini fi kwalunkwe età u fi kwalunkwe punt ta’ ħajjithom jidentifikaw il-kapaċitajiet, il-kompetenzi u l-interessi tagħhom, jieħdu deċiżjonijiet dwar l-edukazzjoni, it-taħriġ u l-okkupazzjoni u jimmaniġġjaw it-triq ta’ ħajjithom individwali fl-ambjent tat-tagħlim, tax-xogħol u ambjenti oħra li fihom jitgħallmu u/jew jużaw dawk il-kapaċitajiet u kompetenzi (ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tal-2008). Dan jirreferi għall-attivitajiet ta’ gwida għall-karriera u ta’ edukazzjoni għall-karriera fl-iskejjel, l-universitajiet, is-servizzi tal-impjieg, iċ-ċentri ta’ gwida għall-karriera, il-programmi ta’ appoġġ soċjali, eċċ matul l-istadji kollha tal-ħajja. L-għan tal-iggwidar tul il-ħajja huwa li jtejjeb il-kompetenzi għall-iżvilupp tal-karriera u li jiffaċilita l-għażla ta’ studju u xogħol.

L-informazzjoni dwar is-suq tax-xogħol hija element essenzjali tal-gwida u l-konsulenza għall-karriera. L-informazzjoni dwar is-suq tax-xogħol tgħin tesplora l-għażliet u l-alternattivi fid-dinja tax-xogħol, u kif tilħaqhom. Skont l-istadju tal-ħajja u s-sitwazzjoni personali tal-individwu (il-klijent), tipi differenti ta’ informazzjoni dwar is-suq tax-xogħol se jsiru ftit jew wisq rilevanti. 

 
  • Għall-istudenti tal-iskola l-mistoqsijiet tipiċi tal-LMI li jridu jiġu indirizzati huma: liema huma t-talenti (tiegħi)? X’jogħġobni? Għaliex naħdmu? X’inhu l-valur tax-xogħol? X’inhi okkupazzjoni? X’inhu settur? 
  • Għal studenti adulti, tista’ tqum il-mistoqsija relatata mal-informazzjoni dwar is-suq tax-xogħol li ġejja: il-ħiliet tiegħi għadhom jaqblu ma’ dak li jeħtieġu l-impjegaturi? Meta nerġa’ lura fis-suq tax-xogħol wara li nkun ilni nieqsa għal xi snin, x’opportunitajiet huma disponibbli X’tip ta’ taħriġ jew appoġġ huwa disponibbli sabiex nikseb ħiliet ġodda jew naġġorna l-ħiliet tiegħi?

L-għodod ta’ informazzjoni dwar is-suq tax-xogħol kultant huma mmirati lejn grupp wieħed ta’ utenti speċifiċi, u kultant huma mfassla għal gruppi differenti ta’ utenti.

Hawnhekk inti tista’ tiskopri liema huma l-gruppi differenti ta’ utenti. 

 
IL-GRUPPI TA’ UTENTI TAL-IGGWIDAR TUL IL-ĦAJJA

L-informazzjoni dwar is-suq tax-xogħol hija utli għall-attivitajiet ta’ gwida u konsulenza għall-karriera għal firxa wiesgħa ta’ gruppi ta’ utenti. 

Issir distinzjoni bejn il-gruppi ta’ utenti li ġejjin:

  • Studenti tal-Iskola
  • Studenti tal-ETV 
  • Studenti tal-Edukazzjoni Għolja
  • Studenti Adulti
  • Persuni Impjegati
  • Persuni Qiegħda
  • Adulti Li Huma Akbar fl-Età
  • Żgħażagħ f’Riskju
  • Gruppi Żvantaġġjati
  • Persuni bi sfond ta’ migrazzjoni

F’dan is-sett ta’ għodod se nuru l-valur miżjud tal-informazzjoni dwar is-suq tax-xogħol għall-iggwidar tul il-ħajja, u kif l-użu tal-informazzjoni dwar is-suq tax-xogħol tista’ ssaħħaħ l-attivitajiet tal-iggwidar. Billi l-ICT għandu rwol prinċipali fis-soċjetà tagħna, u fis-servizzi tal-iggwidar tul il-ħajja, inti se tiskopri wkoll informazzjoni dwar ir-rwol tal-ICT, informazzjoni dwar is-suq tax-xogħol u l-iggwidar tul il-ħajja.

Dan is-sett ta’ għodod huwa maħsub bħala punt tat-tluq għall-esplorazzjoni u bħala sinteżi tal-messaġġi prinċipali. Inti se ssib eżempji ta’ prattiki tajbin. Huma pprovduti links għal sorsi oħra utli bħal rapporti, manwali, siti web, …. 

Nota: deskrizzjonijiet dettaljati tal-prattiki tajbin jinsabu fil-manwal dwar l-LMI, l-ICT u l-iggwidar tul il-ħajja u fl-istudju tas-Cedefop fuq Informazzjoni u gwida dwar is-suq tax-xogħol. 

Collapsible section
Collapsed by default