Ir-rwol tal-professjonist huwa essenzjali biex jagħmel l-informazzjoni dwar is-suq tax-xogħol effettiva għall-fini tal-gwida għall-karriera.  L-integrazzjoni tal-LMI fl-iggwidar tinkludi l-elementi li ġejjin:

  • Li tagħżel l-LMI x-xierqa biex taħdem ma’ klijent partikolari - jew grupp ta’ klijenti fi żmien partikolari
  • Li twettaq medjazzjoni effettiva tal-LMI mal-klijent(i) matul l-attivitajiet tal-iggwidar tagħhom mal-klijenti
  • Li tittratta u twieġeb għall-mistoqsijiet li jaslu għand il-professjonisti permezz tal-posta elettronika, it-telefown, l-internet, il-midja soċjali jew pjattaformi oħra tal-komunikazzjoni diġitali.
  • Li tagħmel il-klijent iktar indipendenti biex jaħdem bl-LMI
  • Li tuża strateġiji ta’ sensibilizzazzjoni biex tippromwovi l-użu tal-LMI

It-tabella t’hawn taħt tiffoka fuq it-tipi differenti ta’ informazzjoni dwar is-suq tax-xogħol li jistgħu jkunu utli matul il-proċess tal-ippjanar tal-karriera.

Involvi ruħek fiċ-ċiklu tal-ipproċessar tal-informazzjoni dwar il-karriera[2]

Deskrizzjoni

Informazzjoni dwar is-suq tax-xogħol

Komunikazzjoni

Domanda esterna: tiġi identifikata ħtieġa, hija meħtieġa deċiżjoni dwar il-karriera

Stat jew reazzjoni interna: kif persuna tħossha, taġixxi, tirreaġġixxi għall-ħtieġa[3]

 

Analiżi

Titjib tal-għarfien proprju miksub mill-esperjenza, il-valutazzjoni, il-konsulenza, l-eżercizzji: valuri, interessi, ħiliet, preferenzi tal-impjieg

Titjib tal-għarfien dwar l-okkupazzjonijiet

Il-kapaċità li tipproċessa din l-informazzjoni u l-metakonjizzjonijiet (x’tip ta’ informazzjoni neħtieġ)

Għoti ta’ informazzjoni dwar l-okkupazzjonijiet, l-edukazzjoni, il-programmi ta’ taħriġ u l-konnessjoni bejn l-edukazzjoni u t-taħriġ u l-okkupazzjonijiet. L-LMI hija ppreżentata f’firxa ta’ formats biex jindirizzaw il-ħtiġijiet u l-istili tat-tagħlim tal-klijenti

Għoti ta’ informazzjoni dwar id-dinja tax-xogħol (struttura, istituzzjonijiet, setturi, il-liġi dwar ix-xogħol, politiki, domanda ...)

It-tqabbil tal-ħiliet u l-preferenzi tal-impjieg mal-okkupazzjonijiet li huma possibbli u d-domanda tas-suq tax-xogħol

Sinteżi[4]

Identifikazzjoni u għażla tal-alternattivi u ffukar fuq 3 sa 5 opzjonijiet għall-okkupazzjoni, l-istudju, il-programm

Tqabbil tal-ħiliet u l-preferenzi tal-impjieg mal-okkupazzjonijiet li huma possibbli u d-domanda tas-suq tax-xogħol (li tkompli, irfinuta)

Valutazzjoni

Valutazzjoni tal-ispejjeż u l-benefiċċji tal-alternattivi

Prijoritizzazzjoni u twettiq ta’ għażla tentattiva

Informazzjoni dettaljata dwar l-alternattivi (testimonjanzi, vidjow, riżorsi tal-web, żjara fuq il-post tal-kumpanija...)

L-informazzjoni dwar ir-rekwiżiti biex wieħed jiġi aċċettat bħala kandidat għal studju jew xogħol

Eżekuzzjoni

Ippjanar u implimentazzjoni tal-għażla

Informazzjoni prattika, eż. proċeduri ta’ applikazzjoni, cv

Komunikazzjoni

 

Reviżjoni tad-domanda esterna u l-istat intern.  L-għażla hija sodisfaċenti? Nista’ nimplimenta l-għażla?

 

Sors: adattat mid-deskrizzjoni taċ-ċiklu CASVE f’Peterson, et al. 2003

 

Is-Cedefop żviluppa lista ta’ referenza ta’ attivitajiet ta’ gwida għall-karriera li hija ppreżentata fil-kaxxa. L-informazzjoni dwar is-suq tax-xogħol hija rilevanti f’ħafna mill-attivitajiet ta’ gwida.

Gwida ta’ referenza għall-attivitajiet ta’ gwida (Cedefop)

Attivitajiet informattivi

Tqegħid ta’ sinjali – L-aċċertament li l-persuni jingħataw informazzjoni preċiża dwar l-aġenziji kollha rilevanti u s-servizzi ta’ gwida li jipprovdu biex b’hekk ikunu jistgħu jagħżlu s-sorsi l-aktar adatti għall-ħtiġijiet tagħhom. It-tqegħid ta’ sinjali hija evidentement kwistjoni importanti f’dak li jikkonċerna l-aċċess għas-servizzi ta’ gwida u dawn jistgħu jiġu adattati għall-kultura, pereżempju, billi jwieġbu għal-limitazzjonijiet lingwistiċi u billi jkun hemm konċentrazzjoni ta’ informazzjoni rilevanti f’servizzi speċifiċi għall-immigranti. Għoti ta’ informazzjoni – Għoti ta’ informazzjoni (dwar is-suq tax-xogħol) dwar opportunitajiet li jikkonċernaw ix-xogħol, l-edukazzjoni, it-taħriġ jew affarijiet oħra, mingħajr diskussjoni dwar il-merti jew ir-rilevanza ta’ kull għażla. Għoti ta’ pariri – Provvista ta’ għajnuna lil individwi u gruppi biex jinterpretaw l-informazzjoni u jagħżlu l-opzjonijiet l-aktar xierqa.

L-iżvilupp tal-ħiliet ta’ ġestjoni tal-karriera

Konsulenza – Ħidma ma’ individwi biex tgħinhom jiskopru, jiċċaraw, jivvalutaw u jifhmu l-esperjenza tagħhom stess u biex jesploraw l-alternattivi differenti disponibbli kif ukoll l-istrateġiji għall-implimentazzjoni. Mentoraġġ – Offerta ta’ appoġġ lil individwi u gruppi biex tgħinhom jegħlbu l-ostakli personali u jirrealizzaw il-potenzjal tagħhom.L-attivitajiet ta’ mentoraġġ huma influwenzati ħafna mill-ħiliet, il-valuri, is-sistemi u l-personalità tal-gwida, kif ukoll mill-abbiltà tiegħu/tagħha li taġixxi bħala eżempju. Valutazzjoni – Għoti ta’ għajnuna lil individwi biex jiksbu fehim organizzat u strutturat tal-iżvilupp personali, edukattiv u vokazzjonali tagħhom sabiex ikunu jistgħu jifformaw ġudizzji informati rigward ir-rilevanza tal-opportunitajiet li jippreżentaw ruħhom (fix-xogħol, taħriġ, eċċ). Hemm firxa ta’ metodi ta’ valutazzjoni bħat-testijiet psikoloġiċi (eż. it-testijiet tal-GATB u l-BTPAC) u l-portafolli tal-ħiliet. Tagħlim – Progressjoni ppjanata u sistematika tal-esperjenzi tat-tagħlim li tippermetti lil dawk li qed jitgħallmu jiksbu għarfien, ħiliet u kompetenzi. Fl-iggwidar, it-tagħlim huwa mmirat l-aktar lejn il-promozzjoni tal-ksib ta’ ħiliet ta’ ġestjoni tal-karriera, u jirreferi għal metodoloġiji bħall-elaborazzjoni tas-CVs u l-ittri ta’ introduzzjoni, il-metodi tat-tfittxija tax-xogħol, it-tekniki tal-ġestjoni tal-ħin, it-tekniki tal-komunikazzjoni interpersonali. Kampjunar – Provvista ta’ esperjenza tax-xogħol, provi tax-xogħol, provi tat-tagħlim u esperjenzi oħra li jippermettu lill-individwi jiksbu esperjenza diretta sabiex ikunu iktar ċari dwar id-deċiżjonijiet tagħhom.

Appoġġ dirett u bini tal-kapaċità

Faċilitazzjoni – Għoti ta’ appoġġ lil individwi u gruppi meta jittrattaw ma’ organizzazzjonijiet li jipprovdu jew jinfluwenzaw l-opportunitajiet tax-xogħol u tat-tagħlim. Rakkomandazzjoni – Negozjar dirett mal-organizzazzjonijiet f’isem individwi jew gruppi li jistgħu jiffaċċjaw ostakli addizzjonali għall-aċċess. Ir-rakkomandazzjoni hija pass li tmur lil hinn mill-faċilitazzjoni u tista’ tkun ta’ importanza kbira għall-immigranti. Netwerking – L-istabbiliment ta’ konnessjonijiet ma’ individwi u organizzazzjonijiet biex jappoġġjaw u jtejbu l-provvista ta’ gwida.

Ġestjoni ta’ informazzjoni kritika u assigurazzjoni tal-kwalità

Segwitu – Żamma ta’ kuntatt mal-individwi wara l-interventi ta’ gwida, valutazzjoni tal-ħtieġa għal gwida ulterjuri u t-tip meħtieġ, l-eżiti diretti mis-sessjonijiet, il-progress fil-karriera, l-opinjoni tal-individwi dwar is-servizzi. Għoti ta’ feedback – Ġbir flimkien ta’ informazzjoni dwar il-ħtiġijiet ta’ individwi u gruppi u t-tħeġġiġ ta’ dawk li jipprovdu l-opportunitajiet sabiex iwieġbu billi jadattaw il-provvista tagħhom. Ġestjoni – Ħolqien u implimentazzjoni ta’ programmi ta’ gwida koerenti, aċċertament tal-istabbiltà u l-iżvilupp tagħhom, filwaqt li tiġi żgurata r-rilevanza tal-provvista tagħhom u l-kwalità tal-materjal, l-għarfien u r-riżorsi umani tagħhom, permezz ta’ valutazzjoni regolari u strutturata. Il-maniġment jibbenefika ħafna minn sistema ta’ QA Innovazzjoni/Bidla fis-sistemi – Appoġġ tal-iżvilupp ta’ attivitajiet u l-metodoloġiji sottostanti kif ukoll tal-prattiki ta’ ġestjoni sabiex tittejjeb il-kwalità tal-provvista. L-innovazzjoni teħtieġ l-istabbiliment ta’ sistemi ta’ QA bi kriterji komuni u hija relatata ħafna mal-inizjattiva fil-livell reġjonali u nazzjonali. Għandha tiġi kkunsidrata l-ispeċifiċità tal-grupp fil-mira sabiex tippermetti, pereżempju, it-tagħlim b’suċċess bejn il-pari bejn il-fornituri/sistemi. solida bbażata fuq mekkaniżmi ta’ segwitu u feedback effettivi. 

Ħafna professjonijiet ikunu jixtiequ li jkollhom “punt wieħed ta’ dħul” fil-każ tal-informazzjoni dwar is-suq tax-xogħol, jiġifieri post ċentrali fejn l-informazzjoni kollha dwar is-suq tax-xogħol tkun miġbura flimkien. Madankollu, ħafna drabi dan ma jkunx jeżisti.
Il-professjonisti jistgħu jibbenefikaw mill-ħolqien ta’ portafoll personali tal-istrumenti prinċipali tal-informazzjoni dwar is-suq tax-xogħol li jikkunsidraw bħala l-aktar utli għax-xogħol tagħhom. Din il-lista jew portafoll tista’ tkun kombinazzjoni ta’ sorsi esterni (manwali, bażijiet tad-dejta, siti web) u sorsi interni (preżentazzjonjiet, logħob edukattiv, lezzjonijiet, kwestjonarji/kwiżżis) maħluqa mill-professjonist jew l-organizzazzjoni li j/taħdem għaliha. 

Ħafna inizjattivi jipprovdu gwida u informazzjoni għal diversi gruppi ta’ utenti, u ċerti inizjattivi jiffokaw fuq grupp speċifiku ta’ utenti. Hawn taħt qed nipprovdu xi eżempji interessanti.

 
INIZJATTIVI GĦAL DIVERSI GRUPPI TA’ UTENTI:

Għodda avvanzata li tintegra l-LMI u l-gwida: eGuidance (id-Danimarka) www.ug.dk/evejledning
Għodda mmirata lejn diversi gruppi ta’ utenti, jiġifieri żgħażagħ, adulti u persuni li qed ifittxu xogħol, hija l-portal għall-iżvilupp tal-karrieri tal-Aġenzija tal-Impjieg tal-Istat Latvjan  http://www.nva.gov.lv/karjera/

Idea: uża l-modalità tat-traduzzjoni tal-paġni web jekk tixtieq taqra s-sit web. Hemm ukoll verżjoni ta’ “lingwa sempliċi”. 

 
INIZJATTIVI GĦAL GRUPPI SPEĊIFIĊI TA’ UTENTI:

Studenti tal-iskola:  l-inizjattiva Het Beroepenhuis (Belgium-Flanders) hija speċjalizzata fil-gwida għall-edukazzjoni u l-karriera għall-grupp ta’ etajiet minn 11 sa 14-il sena. Madankollu, dawn joffru gwida adattata għall-istudenti bi bżonnijiet speċjali (abbiltajiet konjittixi aktar baxxi) u studenti bi sfond ta’ migrazzjoni. www.beroepenhuis.be.
Studenti tal-ETV: l-għodda TET-tori tgħin lill-istudenti fl-aħħar sena tagħhom tal-edukazzjoni bażika (15-16-il sena) biex jagħmlu l-aħjar li jistgħu mill-perjodu ta’ “bidu tal-ħajja tax-xogħol” tagħhom. Dan il-perjodu tal-esperjenza tax-xogħol huwa aspett prinċipali tal-gwida u t-taħriġ għall-karriera tagħhom.  http://peda.net/veraja/tori

Adulti impjegati/ta’ età ikbar: Iċ-ċentri ta’ informazzjoni dwar il-karriera BIZ tas-servizz ta’ impjieg pubbliku (il-Ġermanja) żviluppaw approċċ ta’ gwida għal klijenti adulti minbarra l-gruppi fil-mira oriġinali tagħhom (studenti tal-iskola,...) eż. għal persuni li jerġgħu lura fis-suq tax-xogħol wara li jkunu ilhom nieqsa għal xi żmien.

Kif jistgħu l-ICT u l-LMI jappoġġjaw l-iggwidar tul il-ħajja?

Il-miġja tal-ICT fetħet il-possibbiltà li jinħolqu u jiġu implimentati ammont kbir ta’ għodod li jistgħu jintużaw għall-konsulenza u l-iggwidar tul il-ħajja.

 

  • Hemm għodod ta’ informazzjoni li jinkludu tipi differenti ta’ informazzjoni dwar is-suq tax-xogħol bħal bażijiet tad-dejta tal-okkupazzjonijiet, previżjonijiet tal-ħiliet u s-suq tax-xogħol, bażijiet tad-dejta ta’ offerti tax-xogħol, bażijiet tad-dejta dwar opportunitajiet edukattivi, …
  • Hemm għodod tal-komunikazzjoni bħal CVs fuq vidjow, portafolli elettroniċi, softwer għat-tqabbil tal-karrieri, chats, midja soċjali, eċċ li jistgħu jintużaw għall-iggwidar tul il-ħajja. 

 

Il-konsulenti u l-organizzazzjonijiet li jipprovdu gwida għall-karriera jistgħu jikkombinaw tipi differenti ta’  għodod tal-ICT jew inkella jagħżlu grupp speċifiku ta’ għodod biex jipprovdu s-servizzi ta’ gwida tagħhom. 

 

  • Madankollu, dan mhux neċessarjament ifisser li l-konsulenti li huma speċjalizzati u tajbin fuq modalità speċifika għandhom ikollhom ukoll ħiliet speċjalizzati fl-għodod l-oħra kollha.
  • L-użu ta’ kanali multipli mhux neċessarjament ifisser li l-istess informazzjoni tingħata permezz ta’ kanali differenti, iżda jista’ jfisser ukoll li kull kanal għandu l-iskop speċifiku tiegħu u li hemm komplementarjetà bejn il-kanali differenti.
  • Pereżempju, jista’ jkun li jintużaw is-servizzi taċ-chat għall-komunikazzjoni mal-klijenti wara li dawn ikunu diġà kellhom l-intervista wiċċ imb’wiċċ jew li jintużaw għodod tal-midja soċjali biex jiffokaw fuq iż-żgħażagħ u l-għażliet tal-edukazzjoni.

 

F’ħafna każijiet il-professjonisti tal-iggwidar huma mħarrġin u mgħammra sew biex jużaw l-ICT għal-iskopijiet speċifiċi meħtieġa fir-rwol tagħhom. Għalhekk f’dan is-sett ta’ għodod l-għan mhuwiex li jiġu “mgħallma” l-ħiliet tal-ICT iżda li l-professjonisti jkunu megħjuna jirriflettu fuq l-implikazzjonijiet ta’ teknoloġiji ġodda fl-LMI u biex jagħmlu deċiżjonijiet informati dwar kif jistgħu jagħmlu l-aħjar użu tagħha fis-servizzi tagħhom. 

 

L-elementi prinċipali li l-professjonisti tal-karriera jridu jirriflettu dwarhom huma dawn li ġejjin:

 

  • Li jżidu l-fehim tagħhom tal-ICT li jistgħu jkunu disponibbli biex tgħinhom jappoġġjaw kull min qed ifittex LMI biex jippjana l-karriera
  • Li jqiesu kif l-iggwidar online jista’ jintuża hekk kif iżjed gvernijiet qed jiċċaqilqu lejn gvern diġitali u jħeġġu liċ-ċittadini biex jikkomunikaw/jinteraġġixxu magħhom online
  • Li jirrikonoxxu l-metodi tax-xogħol li huma l-iktar effiċjenti, u li jeħtieġu l-inqas ħin 
  • Li jkunu jistgħu jivvalutaw kemm il-klijent tagħhom huwa lest juża l-għodod tal-LMI u l-ICT
  • Li jgħinu lill-klijent ikun kapaċi jimmaniġġja lilu nnifsu aħjar u jkun aktar kunfidenti
  • Li jipparteċipaw f’diskussjonijiet tax-xogħol fi gruppi u jagħmlu suġġerimenti lill-maniġers sabiex isolvu kwalunkwe tħassib li jidentifikaw
  • Li jkunu konxji dwar il-ħiliet tagħhom stess fl-ICT u l-LMI
 
Eżempji:
  • Sensibilizzazzjoni: Hemm xi eżempji interessanti minn pajjiżi differenti dwar kif il-midja soċjali tista’ tintuża fl-istrateġiji ta’ sensibilizzazzjoni. Fil-Belġju, Le Forem juża Facebook biex jikkomunika maż-żgħażagħ sabiex jippromwovi s-servizzi tas-Servizz Pubbliku tal-Impjieg (PES). Din il-paġna ta’ Facebok għandha iktar minn 10,000 segwaċi. Barra minn hekk, YouTube jintuża għall-kondiviżjoni tal-vidjow dwar is-servizzi tal-PES u Twitter jintuża biex jippromwovi opportunitajiet ġodda ta’ taħrġ. Fl-Italja, il-Pjan ta’ Komunikazzjonijiet dwar il-Garanzija għaż-Żgħażagħ 2014-2015 juża kampanji speċifiċi tal-web u tal-mowbajl għall-kondiviżjoni ta’ informazzjoni ma’ gruppi speċifiċi fil-mira.
  • Il-portafoll elettroniku: Kundizzjoni għal portafoll elettroniku effettiv bħala soluzzjoni għall-imperfezzjonijiet tas-suq tax-xogħol hija li dan għandu jkun parti minn pjattaforma ġenerali.  Proġett reċenti fin-Netherlands, Let’s Connect wera li l-għodda mhijiex fattibbli f’kuntesti iżolati. Huwa essenzjali li l-portafolli elettroniċi jservu bħala konnessjoni bejn organizzazzjonijiet jew ambjenti differenti. Dan jista’ jinkiseb biss permezz ta’ ċertu livell ta’ standardizzazzjoni fir-rigward tal-informazzjoni li qed tiġi skambjata. Dan l-iskambju jiddependi fuq fehim komuni u kondiviż tal-informazzjoni (pereżempju dwar il-kompetenzi, li tirrappreżenta informazzjoni ta’ “bandwidth għolja”) minn partijiet differenti. (Lievens, 2015)

 

  • Inti involut fit-taħriġ tal-professjonisti tal-gwida għall-karriera? Il-manwal tat-taħriġ għall-maniġer u l-professjonisti fuq l-ICT u l-LMI jinstab hawnhekk.
  • Inti interessat taqra’ l-manwal dwar kwistjonijiet tal-ġestjoni fil-qasam tal-LMI, l-ICT u l-iggwidar tul il-ħajja? Tista’ ssibu hawnhekk.