About Politiki ta’ appoġġ għall-VET - finanzjament, gwida, validazzjoni

Il-politiki u s-sistemi ta’ appoġġ għall-VET jinkludu tliet temi trażversali: - gwida tul il-ħajja, validazzjoni tal-apprendiment mhux formali u informali, u finanzjament tat-tagħlim tal-VET/tal-adulti. Aħna nipprovdu wkoll informazzjoni dwar inċentivi oħrajn li jappoġġaw direttament lill-individwi fit-tagħlim u fil-karriera tagħhom, u lill-kumpaniji fl-għoti ta’ opportunitajiet ta’ tagħlim.

L-aġenda ta’ politika tal-UE 2020+ tenfasizza l-ħtieġa ta’ perkorsi individwali mingħajr xkiel għat-tagħlim, l-impjieg u l-iżvilupp tal-karriera; dawn se jippermettu u jagħtu s-setgħa lill-individwi kollha biex itejbu l-kompetenzi tagħhom biex isibu aktar opportunitajiet ħalli jinvolvu ruħhom fix-xogħol, fit-tagħlim u fis-soċjetà, u ħalli jsawru l-iżvilupp tal-karriera tagħhom stess u d-dinja ta’ madwarhom. L-aġenda ta’ politika tisħaq ukoll fuq il-ħtieġa li jiġu appoġġati l-kumpanji, b’mod partikolari l-SMEs, fl-iżvilupp tal-ħiliet tal-impjegati tagħhom sabiex jibqgħu kompetittivi, innovattivi u kapaċi jiġġestixxu u jsawru l-bidla.

L-attivitajiet imwettqa kemm fost it-tliet temi fit-tul ta’ Cedefop kif ukoll fi ħdanhom għandhom l-għan li joħolqu u jikkonsolidaw għarfien ġdid u jgħinu lil dawk li jfasslu l-politika u lil partijiet ikkonċernati oħrajn jiżviluppaw politiki u sistemi ta’ appoġġ koerenti, koordinati u integrati.