Il-politika ta’ reklutaġġ ta’ Cedefop timmira li tagħżel persunal kwalifikat bi grad għoli ta’ professjonalità. Sabiex jintlaħaq dan l-għan, il-proċeduri ta’ għażla huma ssimplifikati sabiex jiggarantixxu trasparenza massima u trattament ugwali għall-kandidati kollha.

Bħala aġenzija tal-Unjoni Ewropea, il-kundizzjonijiet ta’ impjieg ta’ Cedefop jimxu mar-regolamenti tal-persunal ta’ uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u kundizzjonijiet ta’ impjieg ta’ impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej. Cedefop joffri pagi kompetittivi, li huma ħielsa minn taxxa nazzjonali, u benefiċċji addizzjonali attraenti f’konformità ma’ dawk ta’ impjegati taċ-ċivil tal-Unjoni Ewropea. Barra minn hekk, Cedefop joffri ambjent ta’ xogħol internazzjonali u opportunitajiet għal taħriġ u żvilupp.

Tniżżil

Privacy Statement - Selections & Recruitments

EN

Cedefop guide for external applicants

EN

General implementation provisions for temporary staff

EN

General implementation provision - Contract agents

EN

Photo: © Spyros Ignatiadis

Il-ħajja f’Thessaloniki

Thessaloniki hija t-tieni l-akbar belt u port ġewwa l-Greċja. Magħrufa għall-wirt rikk kulturali u storiku tagħha kif ukoll għall-istil ta’ ħajja vivaċi tagħha. Iċ-ċentru tal-belt jinsab bejn il-parti twila u sabiħa tal-belt li tmiss mal-baħar u l-kastelli tal-belt l-antika.

Hemm inħawi trankwilli ’l bogħod miċ-ċentru kif ukoll żoni aktar vivaċi lejn iċ-ċentru tal-belt.  F’Thessaloniki hemm żewġ universitajiet, inkluż l-akbar università tal-Greċja, l-Università Aristotle.

Thessaloniki tinsab viċin diversi punti ta’ interess inklużi l-Muntanja mitika Olympus, l-aqwa destinazzjonijiet turistiċi tal-peninsulas Haldkidiki bil-Muntanja Athos u l-fdalijiet tal-Palazzi Rjali tar-Rejiet tal-Maċedonja, famużi minħabba Alessandru l-Kbir. Thessaloniki hija mdawra bil-muntanji b’ħajja selvaġġa abbundanti. Iż-żona għandha klima Mediterranja pjaċevoli u għadd kbir ta’ bajjiet.

Il-kowċ bejn l-ibliet, in-netwerk ferrovjarju u l-port ta’ Thessaloniki jgħaqqdu l-belt mal-bqija tal-pajjiż kontinentali u mal-gżejjer. L-ajruport joffri diversi destinazzjonijiet domestiċi u internazzjonali. Il-belt hija wkoll passarella ewlenija lejn it-Tramuntana tal-Greċja u l-Balkani, filwaqt li Egnatia Odos jgħaqqadha mat-Turkija lejn il-Lvant u mal-Italja lejn il-Punent (b’lanċa tal-ġarr tan-nies).