You are here

 
Please consent to cookies in order to use the reading list

Protezzjoni tad-data personali

Id-data personali kollha miġbura miċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) tiġi proċessata skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE.

Bħala prinċipju ġenerali, Cedefop jipproċessa biss dejta personali għat-twettiq tal-kompiti mwettqa fl-interess pubbliku fuq il-bażi tat-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75 tal-10 ta’ Frar 1975 li jwaqqaf Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Professjonali, jew fl-eżerċizzju leġittimu ta’ awtorità uffiċjali vestita f’Cedefop jew f'parti terza li lilha tiġi żvelata d-data.

L-operazzjonijiet kollha tal-ipproċessar tad-data personali huma debitament innotifikati lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data ta’ Cedefop u, jekk ikun il-każ, lill-Kontrollur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Data.

Is-suġġetti tad-data għandhom id-dritt li jaċċessaw u jikkoreġu d-data tagħhom, bil-kundizzjoni li jippreżentaw talba bil-miktub li tiġi indirizzata liċ-Ċentru.

Is-suġġetti tad-dejta jistgħu, f’kull ħin, jikkonsultaw lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data ta’ Cedefop jew jirrikorru għand il-Kontrollur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Data.

Kuntatt

Uffiċjal tal-protezzjoni tad-data ta’ Cedefop
Mr. Robert STOWELL

Uffiċċji:
Europa 123, , GR - 57001
Pylea, 570 01 Thessaloniki - IL-GREĊJA

 

Indirizz postali:
PO Box 22427, GR - 55102
Finikas, Thessaloniki
IL-GREĊJA
Tel:(+30) 2310 490165, Fax: (+30) 2310490174

Brussels office:
Cedefop Liaison Office
c/o European Commission
Rue Philippe le Bon 3
PLB3 06/P003 - office 13a
1049 Brussels
Belgium

Kontrollur Ewropew tal-protezzjoni tad-data
Mr. Giovanni Buttarelli, Kontrollur
M. Wojciech Wiewiórowski, Assistent kontrollur

 

Indirizz postali:
EDPS
Rue Wiertz 60
B-1047 Brussels
BELGIUM

Tel. +32 22831900, Fax +32 22831950
http://www.edps.europa.eu/