You are here

 

Politika ta’ protezzjoni tad-data personali

Id-data personali kollha miġbura miċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) tiġi proċessata skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dak id-data.

Bħala prinċipju ġenerali, Cedefop jipproċessa biss dejta personali għat-twettiq tal-kompiti mwettqa fl-interess pubbliku fuq il-bażi tat-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75 tal-10 ta’ Frar 1975 li jwaqqaf Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Professjonali, jew fl-eżerċizzju leġittimu ta’ awtorità uffiċjali vestita f’Cedefop jew f'parti terza li lilha tiġi żvelata d-data.

L-operazzjonijiet kollha tal-ipproċessar tad-data personali huma debitament innotifikati lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data ta’ Cedefop u, jekk ikun il-każ, lill-Kontrollur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Data.

Iċ-Ċentru jiggarantixxi li l-informazzjoni miġbura tiġi pproċessata u/jew jaċċessawha biss il-membri tal-persunal tiegħu responsabbli mill-operazzjonijiet rilevanti.

Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fir-reġistru tal-protezzjoni tad-data, il-persuni fiżiċi kollha li jipprovdu informazzjoni personali liċ-Ċentru fuq karta jew f’forma elettronika huma meqjusa li taw il-kunsens tagħhom b’mod ċar għall-operazzjonijiet sussegwenti fl-applikazzjoni tal-Artikolu 5(d) tar-Regolament 45/2001.

Is-suġġetti tad-data għandhom id-dritt li jaċċessaw u jikkoreġu d-data tagħhom, bil-kundizzjoni li jippreżentaw talba bil-miktub li tiġi indirizzata liċ-Ċentru.

Is-suġġetti tad-dejta jistgħu, f’kull ħin, jikkonsultaw lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data ta’ Cedefop jew jirrikorru għand il-Kontrollur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Data.

Regolament

Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data.

Kuntatt

Uffiċjal tal-protezzjoni tad-data ta’ Cedefop
Mr. Spyros Antoniou

Uffiċċji:
Europa 123
Pylea, 570 01 Thessaloniki
IL-GREĊJA

 

Indirizz postali:
55102 Thessaloniki
IL-GREĊJA
Tel: (+30) 2310 490182, Fax: (+30) 2310490174

Brussels office:
Cedefop Liaison Office
c/o European Commission
Rue Philippe le Bon 3
PLB3 06/P003 - office 13a
1049 Brussels
Belgium

Kontrollur Ewropew tal-protezzjoni tad-data
Mr. Giovanni Buttarelli, Kontrollur
M. Wojciech Wiewiórowski, Assistent kontrollur

Indirizz postali:
EDPS
Rue Wiertz 60
B-1047 Brussels
BELGIUM

Tel. +32 22831900, Fax +32 22831950
http://www.edps.europa.eu/