You are here

 
Please consent to cookies in order to use the reading list

Min aħna

L-ETV jipprovdu persuni b’ħiliet

Madwar nofs il-popolazzjoni tal-UE tikseb l-ewwel ħiliet relatati mal-impjieg permezz tal-ETV. Ħafna aktar ikomplu jiżviluppaw dawn il-ħiliet u jitgħallmu oħrajn ġodda permezz ta’ taħriġ kontinwu u tagħlim ieħor fuq il-post tax-xogħol. Dan huwa dejjem aktar importanti minħabba li l-forza tax-xogħol tal-Ewropa qed tixjieħ, iżda t-tibdil fit-teknoloġija u l-impjiegi qed jiġi aktar malajr.

Sabiex l-UE jkollha l-ħiliet it-tajbin sabiex timla l-impjiegi tal-lum u għada, it-taħriġ għandu jkun ta’ kwalità għolja. Għandhom jiġu stabbiliti politiki rilevanti sabiex jiġi żgurat li l-persuni jitgħallmu l-affarijiet it-tajbin; li l-ħiliet tagħhom, kemm jekk miksuba permezz ta’ taħriġ formali kif ukoll permezz tax-xogħol, ikunu rikonoxxuti u li jista’ jkollhom it-taħriġ li jeħtieġu meta jeħtieġuh.