You are here

 

X’nagħmlu

L-iżvilupp tal-politiki tal-ETV tajbin jiddependi minn għarfien dwar kif qed jinbidlu l-ekonomiji, is-soċjetajiet u n-nies.

Cedefop jaħdem sabiex isaħħaħ il-kooperazzjoni Ewropea u jipprovdi l-evidenza li fuqha tiġi bbażata l-politika tal-ETV Ewropea. Il-valur miżjud ta’ Cedefop huwa l-kwalità għolja tal-analiżi u l-kompetenza komparattivi tiegħu, akkumulati permezz ta’ riċerka u netwerking, li jintużaw sabiex:

  • jipprovdu pariri tekniċi u jipproponu ideat għal politiki tal-ETV;
  • jimlew lakuni ta’ għarfien u jiġġeneraw ideat ġodda li jidentifikaw tendenzi u sfidi tal-ETV;
  • iżidu l-kuxjenza tal-immaġni u l-importanza tal-ETV;
  • jiġbru flimkien lil dawk li jfasslu l-politika, l-imsieħba soċjali, ir-riċerkaturi u l-prattikanti sabiex jikkondividu ideat u jiddibattu l-aħjar modi sabiex itejbu l-politiki tal-ETV;
  • jappoġġjaw u jinkoraġġixxu approċċi, prinċipji u għodod Ewropej konġunti sabiex itejbu l-ETV.

Cedefop jaħdem mill-qrib mal-Kummissjoni Ewropea, gvernijiet tal-Istati Membri, rappreżentanti ta’ min iħaddem u trejdunjins, riċerkaturi u prattikanti tal-ETV. Jipprovdihom b’informazzjoni aġġornata dwar żviluppi fl-ETV kif ukoll opportunitajiet għal dibattitu ta’ politika.

Cedefop ixerred l-informazzjoni tiegħu permezz tal-websajt, pubblikazzjonijiet, midja soċjali, netwerks, konferenzi u seminars tagħha. L-attivitajiet ta’ Cedefop huma ggwidati mill-missjoni u prijoritajiet ta’ terminu medju tiegħu.