Ċittadini tal-Unjoni Ewropea u persuni fiżiċi jew ġuridiċi li joqogħdu jew għandhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fi Stat Membru tal-UE għandhom id-dritt għal aċċess għal dokumenti ta’ Cedefop skont l-Artikolu 15(3) tat-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea (eks-Artikolu 255(1) tat-Trattat tal-KE) u l-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti (Ġurnal Uffiċjali L 145 tal-31.5.2001, p. 43). Id-dritt ta’ aċċess jirrigwarda dokumenti fil-pussess ta’ Cedefop, jiġifieri dokumenti li ġew miktuba jew riċevuti minnu u li huma fil-pussess tiegħu.

Cedefop jirrispetta l-prinċipju ta’ trasparenza filwaqt li fl-istess ħin jissalvagwardja l-interessi ta’ kunfidenzjalità. L-aċċess l-aktar wiesa’ possibbli għad-dokumenti fil-pussess ta’ Cedefop se jingħata iżda se jiċċaħħad fejn l-iżvelar tagħhom idgħajjef il-protezzjoni tal-interess pubbliku jew dak privat, f’konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001.

Cedefop jistinka sabiex jipprovdi lill-pubbliku bl-aċċess l-aktar wiesa’ għad-dokumenti fil-pussess tiegħu permezz tal-websajt tiegħu. Jekk ma tkunx tista ssib dokument fuq il-websajt tagħna, tista’ tuża l-formola għal talba ta’ dokument hawn taħt sabiex titlob aċċess għalih.